Tintlaqat minn żiemel f’Għawdex; ġrieħi gravi

Mara ta’ 72 sena tinsab gravi wara li ttajret minn żiemel fir-Rabat, Għawdex.

Il-vittma, residenti r-Rabat, intlaqtet hi u taqsam Triq ir-Repubblika għall-ħabta tat-8pm, waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel tradizzjonali li jsiru billejl bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Ġorġ.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.