Mara ta’ 63 sena weġġgħet gravi meta ntlaqtet minn xarabank fil-Gżira.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għas-12.45pm. Dan ġara fi Triq ix-Xatt.
Jidher li l-mara, li toqgħod Ta’ Xbiex, intlaqtet minn xarabank misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Pietà.
Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza.