​Tintlaqat minn karozza fil-Belt; tweġġa’ gravi

Mara ta’ 45 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15pm fi Triq Nofsinhar.
Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 28 sena minn Raħal Ġdid.
Il-mara, mill-Perù  ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.