Tintlaqat minn karozza f’Ħal Qormi; tweġġa’ gravi

Mara ta’ 56 sena minn Ħal Qormi weġġgħet gravi meta ntlaqtet minn karozza f’Ħal Qormi.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.00 pm fi Triq San Bartolomew. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 49 sena residenti Ħal Qormi wkoll. Il-mara ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza.