‘Tintilef’ borża b’ħafna flus f’ajruport

Borża flus b’miljun dollaru, flus ta’ New Zealand, intilfet wara li waqgħet meta kienet qed tiġi mċaqilqa fl-ajruport ta’ Hong Kong.
Il-borża, bl-ekwivalenti ta’ €600,000, kienet waħda minn 13 li New Zealand kien qed jibgħat lill-Bank taċ-Ċina.
Milli jidher, oriġinarjament waqgħu 3 mit-13-il borża iżda meta l-ħaddiema marru lura jfittxuhom, 10 minuti wara, sabu biss 2.
Il-Pulizija qed tinvestiga.