Tintgħażel l-ambaxxatriċi Maltija għall-ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali

Charlene Fenech intgħażlet bħala l-ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali tal-2017 li se ssir f’Novembru li ġej.
Din hi organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, il-ġimgħa se tinvolvi mijiet ta’avvenimenti u attiviajiet madwar l-UE, u anki f’Malta, biex ikompli jiżdied l-għarfien dwar il-benefiċċji li l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali joffru lil persuni ta' kull età.
Charlene Fenech, li hija gradwata mill-MCAST fl-inġinerija, hi waħda minn grupp ta’ Ambaxxaturi minn Stati Membri differenti tal-UE li b’mod volontarju qed joffru biex ixerdu tagħrif dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali f’pajjiżhom. Hi ntgħażlet għal dan r-rwol prestiġġjuż mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali f'Malta minħabba l-profil partikolari tagħha li għandu jservi bħala ispirazzjoni għal persuni oħra.
Is-sena l-oħra, saru kważi 1,000 avveniment madwar l-Ewropa matul il-ġimgħa tal-Ħiliet Vokazzjonali Ewropea 2016, u ġabet flimkien qrib il-miljun stakeholder. Il-Ġimgħa tal-2017 mistennija li tattira parteċipazzjoni akbar.