Tintemm l-ewwel parti ta’ proġett dwar it-tniġġis u l-kimika fil-baħar

F’Ġunju intemmet l-ewwel parti proġett BioDiValue tal-programm Italia-Malta 2007-2013.

Dan il-proġett kien jikkonsisti fil-ġbir tal-informazzjoni teknika u biogeokimika tal-ilma, sediment u kampjuni minn numru ta’ portijiet u l-kosta f’Malta u Sqallija.

Il-proġett kien possibbli bejn l-Universita’ ta’ Malta u l-ISPRA.

L-għan tal-proġett kien li jidentifika’ tniġġis u tendenzi fiżiċi, kimika, u bijoloġika fil-portijiet ikkawżati mit-traffiku marittimu.

It-tieni fażi ta’ dan il-proġett se jibda’ mis-sena d-dieħla.

Fil-jiem li ġejjin meta jiġi imniedi s-sit elettroniku tal-proġett se jkun possibbli li tinġabar informazzjoni ta’ żmien speċifiku mill-aħħar ta’ Frar fuq il-bastimenti.

Il-proġett huwa immirat ukoll lejn l-iżvilupp ta’ pjattaforma marittima taħt il-livell tal-baħar, magħrufa bħala Towfish.

Din se tkun mgħammra b’numru ta’ sensors li se jkejjlu l-kwalita’ tal-ilma filwaqt li se jittieħdu l-filmati.

B’kollox huma disgħa l-entitajiet li qed jipparteċipaw fil-BioDiValue, tnejn minnhom Maltin. Dawn huma l-Universita’ ta’ Malta u GALXlokk.

It-tieni parti tal-proġett għandu finanzjament ta’ €2.4 miljun u se mistenni li jintemm f’Jannar tal-2015.