Tintemm l-esperjenza ta’ Vrsaljko ma’ Atletico Madrid

Mg Lione (Francia) 16/05/2018 - finale Europa League / Marsiglia-Atletico Madrid / foto Matteo Gribaudi/Image Sport nella foto: Sime Vrsaljko

Inter Milan kellhom sajf ieħor impenjattiv u rnexxilhom jikkonkludu akkwisti importanti, fosthom Sime Vrsaljko. Id-difensur laterali Kroat mistenni jasal b’self iżda Inter għandhom l-opportunità li jbiddlu t-trasferiment f’wieħed permanenti għal €17.5m fi tmiem l-istaġun 2018-19.

Vrsaljko se jieħu post Joao Cancelo wara li dan tal-aħħar telaq lil Inter sabiex jingħaqad mar-rivali tagħhom fis-Serie A Juventus. Il-plejer ta’ 26 sena huwa mitħla ta’ kampjonat Taljan peress li lagħab ma’ Genoa u Sassuolo qabel sar plejer ta’ Atletico Madrid sentejn ilu. Vrsaljko kien membru importanti tat-tim Kroat li wasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja li ntrebħet minn Franza.