Tintemm iż-żjara tal-President Amerikan Barack Obama fil-Lvant Nofsani

Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama wasal fi tmiem iż-żjara tiegħu fil-Lvant Nofsani.

Fost l-impenji tiegħu, Barak Obama iltaqa’ mar-Re Abdullah. Hu wiegħed żieda ta’ 200 miljun dollaru Amerikan f’għajnuna lir-refuġjati Sirjani fil-Ġordan.

Il-President Amerikan qatta’ parti kbira mill-ħin tiegħu fil-Lvant Nofsani, fl-Iżrael, fejn kellu għad ta’ laqgħat mal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu. Il-qofol ta din iż-żjara intlaħaq meta Netanyahu talab aboloġija lill-poplu Tork għal kull żball li seta’ sar biex wassal għal mewt ta’ persuni waqt raid li sar fl-2010. Hu qabel li jagħti kumpens lil familja tad-disa’ familji ta’ dawk l-attivisti li nqattlu.

Min naħa tiegħu, il-Prim Ministru Recep Tayyip Erdogan, aċċetta l-apoloġija f’isem il-poplu Tork.

Barak Obama żar ukoll Ramallah fix-Xatt tal-Punent fejn iltaqa’ mal-President tal-Awtorita’ Palestinjana, Mahmoud Abbas.