Tintemm is-saga fuq MV Etienne – Immigranti se jiddaħħlu Pozzallo

Twitter / Sea Watch

Read in English.

Tintemm b’wiċċ il-ġid grazzi għall-gvern Taljan, is-saga tal-basitiment MV Etienne hekk kif 25 persuna abboard iddaħħlu Pozzallo wara li kienu ilhom 38 ġurnata fl-ibħra lil hinn mill-kosta Maltija.

F’messaġġ  fuq Twitter, l-organizazzjoni Alarm Phone kitbet li fl-aħħar,  ġiet fit-tmiemha l-esperjenza ta’ ħmar il-lejl li soffrew danw l-immigranti fuq il-baħar hekk kif il-Guardia Costiera Taljan tathom permess biex dan l-immigranti jitniżżlu Pozzollo minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Dwar dan il-każ, il-Ħadd li għadda, l-Prim Ministru Robert Abela kien qal li dawn l-immigranti ġew salvati fiż-żona tat-Tuneżija u l-Kaptan biddel id-destinazzjoni tiegħu u qabad ir-rotta lejn Malta.

Abela kien appella li peress li l-bastiment MV Etienne Maersk kien qed itajjar bandiera Daniża, il-Gvern Daniż imissu intervjena u ġabar dawn l-immigranti.