Tintemm il-votazzjoni bikrija għad-Deputat Mexxej tal-PL

Read in English.

Intemmet is-sessjoni tal-votazzjoni bikrija għad-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.

Skont il-midja tal-PL il-votazzjoni tal-lum saret bejn id-9am u nofsinhar. Kellhom jivvutaw mat-30 delegat. B’kollox jistgħu jivvutaw mas-762 delegat tal-PL. Il-votazzjoni se tkompli fil-25 ta’ Lulju,

Daniel Micallef huwa l-unika persuna li tefa’ n-nomina tiegħu għal din il-karriga. Il-post sar vakanti wara r-reżenja tad-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona.

Micallef jemmen li l-Partit Laburista huwa l-aħjar għodda biex iġib il-bidla fil-pajjiż.