Tintemm il-kwistjoni mal-Clubclass – UPE

Christoph Schwaiger

Read in English.

L-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE) – Voice of the Workers qalet li l-kwistjoni li kellha mal-iskola tal-Ingliż Clubclass intemmet b’wiċċ il-ġid.

Fi stqarrija l-UPE qalet li rċeviet komunikazzjoni mingħand id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi (DIER) li l-proċess tal-verifika tlesta. Il-UPE ngħatat rikonoxximent ta’ 83% tal-istaff tal-Clubclass.

Il-UPE qalet li d-direttivi li kienet ħarġet qabel issa m’għadhomx fis-seħħ. L-istrajk waqaf u mit-Tnejn li ġej l-għalliema jerġgħu jidħlu għax-xogħol b’mod normali.

L-istrajk kien sar peress li l-UPE ħasset li ma kinitx qed tingħata attenzjoni mill-amministrazzjoni tal-iskola u li din ma riditx tippermetti li l-ħaddiema tagħha jissieħbu f’unjin.