Tintemm il-karriera ta’ Rooney fl-MLS… issa għal fejn?

Wayne Rooney ġie mfaħħar u ntqal li kien pedina importanti waqt iż-żmien li għamel ma’ DC United. Dan intqal wara li l-Eks captain tat-tim Nazzjonali Ingliż lagħab l-aħħar logħba tiegħu fl-MLS.

Rooney li għandu 33 sena u li se jkun qed jimxi għal Derby County bi rwol ta’ plejer u coach, lagħab l-aħħar logħba tiegħu fl-MLS. Sfortunatament l-aħħar logħba spiċċat bl-iskor ta’ 5-1, fejn DC United tilfu kontra Toronto FC fil-play-offs.

L-attakkant se jirritorna lura fl-Ingilterra wara li għamel 18-il xahar f’Washington.

Rooney li hu t-top scorer tat-tim, ma rnexxilux jippreveni din it-telfa.