Tintbagħat il-ħabs minħabba l-prostituzzjoni

Tfajla mill-Furjana ġiet ordnata tqatta’ 24 xahar fil-ħabs talli ammettiet li kienet tipprostitwixxi u anke aċċettat affarijiet misruqa.
Skont dak li ntqal fil-Qorti, Donna Sciberras jidher li għandha wkoll il-vizzju tad-droga u għalhekk intalab li tiġi mgħejjuna minnufih.
L-Ispettur Carlos Cordina qal li sa ġimagħtejn ilu, it-tfajla kienet qed tagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni tal-Caritas.
Il-Maġistrat Neville Camilleri ta l-parir li tul iż-żmien fil-ħabs, għandha terġa’ tagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni ieħor sabiex toħroġ mill-vizzju tad-droga.