Tinsteraq pittura mill-Knisja ta’ San Filippu fl-Isla

Pittura antika insterqet mill-Knisja ta' San Filippu fl-Isla.
Newsbook.com.mt tkellem mal-Arċipriet tal-Isla, Dun Robin Camilleri, li spjega kif il-pittura ovali kienet fil-kuritur tal-kunvent biswit din il-knisja antika.
Il-pittura kienet tal-Anġlu Kustodju u hija simili ħafna għall-pittura oħra li tinsab fil-Kolleġġjata ta' Marija Immakulata f'Bormla.
Dun Robin spjega li l-pittura kienet fi gwarniċ li hu identiku għal gwarniċ ieħor li jinsab fl-istess Knisja u li fih hemm pittura ta' San Ġorġ Preca.
Il-Pulizija kkonfermat ukoll li daħlilha rapport u li qed tinvestiga dan il-każ.
Din is-serqa tikkuntrasta sew mal-mewġa ta' serqiet fil-knejjes, fejn din id-darba ma nsterqux oġġetti tal-fidda jew flus iżda pittura ta' artist famuż.
F’Settembru li għadda, persuna jew persuni rnexxielhom jidħlu fil-knisja ta’ Raħal Ġdid u serqu diversi kaxex tad-donazzjonijiet.
Is-sena li għaddiet nsterqu għadd ta’ oġġetti mill-Knisja ta’ Bormla u f’Ottubru li għadda insterqu oġġetti sagri mill-Knisja Arċipretali taż-Żejtun.
Saret ukoll serqa żgħira mid-dar parrokjali ta’ Birżebbuġa.
I
mpjegat tal-Parroċċa tal-Isla kien spiċċa mhedded b'turnavit f'attentat ta' serqa.
Xerred dan l-artiklu biex tgħin fit-tfittxija ta' din il-pittura antika