Tinsteraq magna tas-sigaretti b’valur ta’ €6,000

Magna tas-sigaretti, b’valur ta’ madwar €6,000, insterqet minn ħanut fi Gwardamangia.

Rapporti qalu li s-serqa saret lill-ħanut The Convenience Store li jinsab fi Gwardamangia.

Filmat ppubblikat minn ġurnal Malti juri li s-serqa saret f’madwar 3 minuti. Iż-żewġ ħallelin b’wiċċhom parzjalment mgħotti b’hood iħallu karozza Toyota Vitz f’nofs ta’ triq għat-3 ta’ filgħodu, u armati b’mazza u b’lieva, ikissru l-ħġieġa tal-ħanut. Huma jaqilgħu l-magna, ikaxkruha ‘l barra u jdeffsuha fil-karozza.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.