Tinsteraq karozza minn garaxx

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa minn blokka appartamenti fi Triq il-Kappella tal-Miraklu, Attard.

Dan ġie kkonfermat minn kelliema għall-Pulizija, li spjegat li s-serqa ġrat għall-ħabta tas-7.20pm tal-bieraħ. Jidher li insterqet karozza minn go garaxx ta’ dan il-blokk tal-appartamenti.

L-investigazzjonijiet qed isiru mill-Pulizija tal-għassa ta’ Birkirkara.