Serqa mill-Knisja Arċipretali taż-Żejtun

Insterqu flus minn kaxex tad-donazzjonijiet fil-Knisja Arċipretali taż-Żejtun, wara li ħalliel jew ħallelin daħlu fiha matul il-lejl.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li r-rapport waslilha għall-ħabta tas-7am mill-Arċipriet tar-raħal stess, Dun Nicholas Pace.
Jidher li min wettaq is-serqa tela’ minn xi scaffolding barra l-knisja u daħal wara li żgassa l-bieb li jagħti għall-kampnar. Minn hemm seta’ jidħol fil-knisja.
Skont il-Pulizija minbarra l-flus interqu wkoll 2 kuruni mill-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li kienet barra min-niċċa minħabba li lbieraħ inħarġet għal purċissjoni.
Ritratt: Arkivji