Tinstema’ splużjoni fiż-żona fejn intilef sottomarin Arġentin

Il-Forza Navali tal-Arġentina qalet li ġiet irrekordjata splużjoni fiż-żona fejn sottomarin intilef il-ġimgħa li għaddiet.
Sottomarin tal-Arġentina b’44 persuna fuqu intilef wara li l-kaptan tas-sottomarin kien irrapporta ħsara teknika.
Madwar tnax il-pajjiż qed jgħinu fit-tfittxija.
L-hekk imsejħa splużjoni instemgħet fl-aħħar pożizzjoni magħrufa tas-sottomarin, però l-kawża tal-ħoss għadha mhix magħrufa.
Skont il-midja internazzjonali, is-sottomarin kien qiegħed jirritorna minn missjoni rutina fl-Amerika t’Isfel. L-aħħar kuntatt mal-ekwipaġġ sar nhar l-Erbgħa 15 ta’ Novembru.