Jinqatlu żewġt irġiel f’Tas-Sliema

Aġġornat 01:41 PM

Read in English.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li żewġt irġiel ġew maqtula f’residenza privata f’Tas-Sliema.

Huma instabu mejta f’żewġ sulari separati. Żied jgħid li għadu kmieni wisq biex jiġi kkonfermat l-motiv tal-aggressur.

Għall-ħabta tal-10.15pm, instemgħu tiri fi Triq il-Locker f’Tas-Sliema, f’żona magħrufa bħala Qui Si Sana.

Fir-residenza joqgħod Dr Christian Pandolfino.

Filmat mix-xena juru li mal-wasla tagħhom, il-Pulizija u membri mill-RIU għalqu ż-żona tal-madwar. .

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia.