Tinstema’ persuna tgħajjat għall-għajnuna fl-Imtaħleb; għaddejja tfittxija

AFM / Facebook

Bħalissa għaddejja tfittxija permezz ta’ ħelikopter fiż-żona tal-Imtaħleb wara li nstemgħet għajta għall-għajnuna.

Kelliem għall-Pulizija spjega lil Newsbook.com.mt li għall-ħabta tat-8.20am, il-pulizija rċivew telefonata mingħand persuna li semgħet lil xi ħadd jgħajjat għall-għajnuna fl-irdumijiet tal-Imtaħleb.

Fuq il-post hemm uffiċjali tal-Pulizija, tal-Forzi Armati ta’ Malta, u anke ambulanza għal li jista’ jinqala’.

Aktar dettalji dalwaqt.