Tinstab waħda mill-vetturi misruqa minn Raħal Ġdid

Fis-sigħat li għaddew instabet waħda miż-żewġ vetturi klassiċi li ġew misrqa bejn l-1 u t-2 ta' Jannar.
Apparti minn hekk, fl-ewwel jiem tas-sena, insterqet vettura oħra. It-tliet vetturi nsterqu f'Raħal Ġdid.
Jidher li l-karozza, Ford Cortina MK1, instabet mill-Pulizija fl-inħawi tal-Wied ta'  Ħal Qormi.
Il-Ford Escort MK1 għadha ma nstabitx.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-vettura klassika u anke l-quadbike jista' jikkuntatja l-Pulizija anke b'mod kunfidenzjali.

Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija ssib dawn il-vetturi