Tinstab tarbija mejta mormija fuq bajja fl-Irlanda

Ġisem mejjet ta’ tarbija instab mormi fuq bajja fl-Irlanda. Il-pulizija Irlandiża bdew investigazzjoni wara li ġie skopert il-ġisem fuq il-bajja ġewwa Balbriggan, viċin ta’ Dublin.

L-uffiċjali tal-pulizija ħarġu talba uffiċjali biex omm it-tarbija tavviċinhom, filwaqt li appellaw lil dawk kollha li jista’ jkollhom xi informazzjoni dwar il-każ biex jinfurmawhom ukoll. It-tarbija nstabel fuq il-bajja lbieraħ filgħodu.

Mas-sejba, l-pulizija għalqet il-madwar tal-bajja biex tkun tista’ ssir l-investigazzjoni. S’issa m’hemm l-ebda informazzjoni oħra dwar il-każ.