Tinstab tarbija fiż-żibel imgeżwra fil-plastik f’Singapor

Police officers and cleaners inspect the contents of a bin at a rubbish chute, after a baby was found alive among rubbish in a bin at a public housing estate in Singapore, January 7, 2020. Lim Yaohui/The Straits Times via REUTERS

Il-ħaddiema li jiġbru l-iskart f’Singapor salvaw tarbija wara li nstabet fil-qiegħ ta’ passaġġ għall-iskart illum. Dan skont il-gazzetta Straits Times u l-pulizija.

Każijiet tat-tip huma ferm rari fil-belt li qed issibha tant diffiċli biex ittella’ r-rata tat-trabi li jitwieldu fiha hekk kif il-popolazzjoni qed issir dejjem aktar anzjana.

Il-ħaddiema sabu lit-tarbija ta’ sess maskili f’basket tal-plastik fil-qiegħ ta’ passaġġ tal-iskart ta’ blokka appartamenti. Il-ġurnal ippubblika ritratti ta’ raġel iżomm tarbija, u oħrajn jispezzjonaw il-bin. Intant il-Pulizija għamlu t-tfittxijiet tagħhom fil-blokka.

Il-Pulizija qalu li t-tifel ma jidher li sofra l-ebda ġrieħi u jinstab f’kundizzjoni stabbli. Qalu li t-tarbija ttieħdet fi sptar filwaqt li huma se jkompli għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.

In-numru ta’ trabi li jitwieldu f’Singapor naqsu drastikament. Intant, matul l-aħħar 10 snin kien hemm 16-il każ ta’ trabi abbandunati.