Tinstab tarbija abbandunata f’Buġibba

Instabet tarbija abbandunata fi Triq il-Pijunieri f’Buġibba.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ġew infurmati bit-tarbija għall-ħabta tal-4.15 pm. Skont il-Pulizija, it-tarbija hija tas-sess maskili.

Skont rapporti fil-midja lokali, it-tarbija ta’ karnaġġjon abjad kienet għadha titwieled. Infatti l-kurdun tagħha kien għadu intatt. Fuq il-post marru numru ta’ pulizija u anke ambulanza li ħadet lit-tarbija l-isptar. Aktar tard it-tarbija ssemmiet Cristiano.

Dwar il-każ infetħet inkjesta.