Tinstab riserva kbira ta’ ilma naturali fil-Kenja

Xjentisiti rnexxilhom isibu riserva naturali kbira ta’ ilma fit-tramuntana tal-Kenja.  

Din l-iskoperta se tkun qed tgħin biex ġenerazzjonijiet sħaħ jgħixu ħajja aħjar. Dan filwaqt li jitnaqqsu l-kunflitti għar-risorsi naturali fil-pajjiż.

Uffiċċjali mill-Ġnus Maqgħuda qed isostnu li sabu ħames sezzjonijiet naturali ta’ ilma minn taħt l-art. S’issa, tnejn minn dawn ġew ivverifikati.

Din ir-riserva ta’ ilma naturali nstabet grazzi għal teknoloġija satellitari tal-UNESCO.