Tinstab ras ta’ skeletru fuq il-Concordia

Abbord il-Costa Concordia nstabet ras ta’ skeletru li sa issa għadu ma jafux ta’ min hi.
Hemm it-tama li din hi ta’ Russel Rebello, il-wejter Indjan li minn meta sar in-nawfraġju, għadu qatt ma nstab il-katavru tiegħu.
Jista’ jkun ukoll li r-ras hi ta’ Maria Grazia Trecarichi, il-passiġġiera minn Sqallija li nofs il-katavru tagħha nstab f’Ottubru li għadda.
Ħu Russel, se jkollu jistenna sar-riżultat tal-eżamijiet tad-DNA biex ikun jista’ jibda jippjana jekk f’Mumbaj l-Indja hux se jagħmlulu funeral kif jixraq.
Waqt l-għarqa tal-Costa Concordia kienu mietu 32 persuna. 
F’dak il-ħin ta’ paniku, il-kaptan Francesco Schettino, abbanduna l-vapur u mar fuq il-gżira ta’ Giglio.