Tinstab qawwija u sħiħa wara 20 jum

Read in English.

It-tfajla Luana Borg instabet qawwija u sħiħa wara 20 ġurnata. Dan ġie kkonfermat fi stqarrija maħruġa mill-Korp tal-Pulizija.

Luana, li għandha 15-il sena kienet dehret l-aħħar fit-3 ta’ Lulju għall-ħabta tat-8pm f’Ħaż-Żebbuġ. Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna biex setgħet tinstab it-tfajla.

Din mhix l-ewwel darba li Luana Borg ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija. F’Diċembru tal-2019 kienet għebet wara li dehret l-aħħar qrib iċ-ċinema ta’ Buġibba. Hija kienet instabet sitt ijiem wara.