Tinstab qawwija u sħiħa l-mara rappurtata nieqsa

Aġġornat 08:37 AM

Il-Pulizija ħabbret dalgħodu li l-mara li kienet rappurtata nieqsa lbieraħ instabet qawwija u sħiħa.

Imelda Maria Frendo, li għandha 77 sena u toqgħod il-Qawra, kienet intlemħet l-aħħar fl-inħawi tal-Gżira.

Il-Pulizija rringrazzjat lil kull min għen sabiex tinstab din il-mara.