Jinstab katavru mgeżwer f’boroż tal-iskart f’Santa Luċija

Aġġornat 12:16 AM
delitt Santa Luċija

Read in English.

Persuna instabet mejta f’Santa Luċija, f’każ li qed jiġi trattat bħala omiċidju.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li aktar kmieni llum waranofsinhar, il-ġirien tal-blokka tal-appartamenti fejn instab il-ġisem għamlu rapport ta’ rieħa qawwija u tinten li kienet ġejja mill-propjetà.

Il-ġisem instab f’appartament li jinsab f’Misraħ Dorell. Membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija ssejħu fuq il-post. Newsbook.com.mt jinsab infurmat ukoll li kien hemm preżenti uffiċjali tal-Pulizija tas-CID.

Malli daħlu fl-appartament, il-pulizija sabu ġisem imgeżwer f’boroż tal-iskart fil-kamra tal-banju. Il-ġisem ittieħed fil-kamra mortwarja fejn mistennija ssir awtopsja.

L-identità tal-persuna għadha ma ġietx ikkonfermata. Kelliem għall-Pulizija qal li l-persuni li kienet tgħix fl-appartmanet kienet ilha ma tidher għal ftit jiem.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.