Jinstab mejjet Patrick Miller; kien minn tal-ewwel f’Radio101

Tħabbret il-mewt ta’ Patrick Miller li kien parti mill-grupp ta’ persuni li kienu bdew jaħdmu ma’ Radio101 li llum jissejjaħ Net FM.

Miller instab mejjet f’residenza f’Marsalforn fi Triq Santa Marija. Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li aktarx miet mewta naturali fl-età ta’ 70 sena.

Persuna li kienet fuq il-post qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15 pm. Fuq il-post dehret il-karozza tal-mejtin tal-Pulizija.