Tinstab Natalie Williams, rapporti li kienet maqfula

Natalie Williams ta' 46 sena nstabet illum fl-inħawi tar-Rinella, il-Kalkara.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet. 
Hija kienet ġiet irrappurtata nieqsa fid-29 ta' Ottubru. 
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li kienet qed tinżamm maqfula taħt l-art.  Mhix magħrufa il-kundizzjoni tas-saħħa tal-mara.
Mhux eskluż li żewġha jiġi arrestat dwar il-każ.