Tinstab mara mejta f’Għawdex

CMRU

Mara ta’ 58 sena instabet mejta fir-residenza tagħha f’Marsalforn u infetħet inkjesta dwar il-każ.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ġew infurmati bil-każ minn tim mediku llum għall-ħabta tas-1.45 pm. L-awtopsja fuq il-katavru tal-mara Ġermaniża se ssir Malta, però għadu mhux magħruf meta. Il-mara nstabet mejta fi Triq is-Salini imma għadu mhux magħruf kemm kienet ilha mejta.

Il-Maġistrat Paul Coppini se jkun qed imexxi l-inkjesta biex fost l-oħrajn jinstab jekk il-mara mititix mewta naturali jew jekk kienx hemm l-involviment ta’ terzi.