Tinstab it-tifla rrappurtata nieqsa

Read in English.

Dalgħodu l-Pulizija qalet li t-tifla li lbieraħ ħareġ rapport dwar l-għibien tagħha nstabet qawwija u sħiħa.

Fi stqarrija, il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna li ta sabiex tinstab Luana Borg, ta’ 14-il sena. Hi kienet dehret l-aħħar nhar it-8 ta’ Diċembru għall ħabta tat-3pm viċin ċinema f’Buġibba.