Tinstab it-tielet bejta tal-fkieren fl-Għadira

Read in English.

Nature Trust – FEE Malta sabet it-tielet bejta tal-fkieren din is-sena fl-Għadira l-lejl li għadda.

L-NGO appellat lill-pubbliku biex jirrispetta l-kundizzjonijiet il-ġodda, speċjalment fir-rigward ta’ storbju.

L-għaqda qed tappella wkoll għal voluntiera li għandhom minn 18-il sena ‘l fuq sabiex jgħinu fil-moniteraġġ tal-bejta. Dawk interessati jistgħu jibagħtu email fuq turtle.naturetrust@gmail.com, u jispeċifikaw għal xiex qed jagħmlu kuntatt billi jinkludu “Għadira nest” jew “Golden Sands nest” fis-suġġett tal-email.

Nature Trust irringrazzjat ukoll lill-uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tas-sapport tagħhom, kif ukoll lill-ewwel nies li infurmawha bil-bejta.

L-isbuħija tan-natura! It-tielet bejta tal-fkieren din id-darba fil-Bajja tal-Għadira. 🐢Prosit lir-residenti li b’mod…

Posted by Gabriel Micallef on Thursday, July 30, 2020