Tinstab is-sitt vittma f’Marsilja

FILE PHOTO: French police and rescue workers are seen near rubble after buildings collapsed in central Marseille, France, November 5, 2018. REUTERS/Jean-Paul Pelissier

Instab il-ġisem tas-sitt vittma fit-terrapien taż-żewġ binjiet dilapidati li waqgħu din il-ġimgħa fil-belt Franċiża ta’ Marsilja.

Il-binjiet waqgħu t-Tnejn filgħodu. Servizzi tal-emerġenza li għarblu t-tifrik sa issa sabu l-iġsma ta’ tlett irġiel u żewġ nisa. L-awtoritajiet qed jistmaw li sa tmien persuni ġew midfuna fit-terrapien. Huma qegħdin ukoll jaraw x’inhi r-raġuni tat-tiġrif.

Gruppi tas-salvataġġ qalu li xogħolhom qiegħed jiġi kkumplikat hekk kif it-tiġrif dgħajjef il-bini tal-madwar.