Tinstab informazzjoni ġdida dwar is-Sette Giugno permezz tat-teatru

Grupp ta’ żgħażagħ minn Tas-Sliema wettqu riċerka flimkien mal-istoriku Tony Terribile dwar l-irvellijiet tas-Sette Giugno u sabu informazzjoni ġdida dwar dan l-avveniment storiku fl-istorja ta’ Malta u l-effetti li ħalla warajh.

Michael u Rina Camilleri f’Demm il-Parrucchier

Newsbook.com.mt tkellem mal-Atturi Żgħażagħ Slimiżi dwar din il-produzzjoni u s-sinifikat tagħha. Huma żvelaw kif din il-produzzjoni ‘Demm il Parrucchier’ se tiffokka fuq wieħed mill-vittmi tal-irvellijiet u l-irwol li kellu fl-irvellijiet li seħħew.

“Għall-kuntrarju tal-kotba tal-istorja, din il-produzzjoni se tiffokka fuq l-aspett uman li mhux dejjem jispikka daqshekk fil-kotba” sostna Kyle Portelli, l-attur li se jinterpretà l-parti prinċipali. Huwa qal li din il-produzzjoni se tiffokka b’mod partikolari fuq il-ħajja ta’ Manwel Attard, l-ewwel vittma tas-Sette Giugno, u dwar kif din id-data storika bidlet il-ħajja ta’ familtu minn lejl għan-nhar.

Kyle Portelli, John Ascione u Sandro Vella f’Demm il Parrucchier
Demm il-Parrucchier – Niltaqgħu ma' Kyle Portelli

Fil-ġimgħat li ġejjin se nagħtu ħarsa minn wara l-kwinti lejn Demm il Parrucchier u niltaqgħu ma' membri tal-cast u crew.***Adulti: 8 euro, Tfal (sa 12-il sena): 4euro***Biljetti: https://bit.ly/2lyP4Os#settegiugno #manuelattard #teatrusalesjan

Posted by Atturi Żgħażagħ Slimiżi on Saturday, September 21, 2019

Hekk kif din is-sena Malta qed tfakkar il-100 sena minn meta seħħ l-irvell fil-Belt Valletta fl-1919 li ħalla erba’ vittmi u diversi persuni midruba, grupp ta’ żgħażagħ minn Tas-Sliema għażlu li jippreżentaw din ir-riċerka l-ġdida fi produzzjoni li se ssir nhar id-19 u 20 ta’ Ottubru ġewwa t-Teatru Salesjan.

Fuq kitba ta’ Tony Terribile u direzzjoni ta’ Joshua Grogan Dalli, din il-produzzjoni qed tinkludi diversi atturi stabbiliti bħal Rina Camilleri, John Ascione, Sandro Vella, Joe Camilleri u Michael Camilleri flimkien ma’ diversi żgħażagħ li se jagħtu l-ħajja lil dan l-avveniment storiku.

Għall-biljetti wieħed jista’ jidħol hawnhekk.

Demm il Parruchier

Fil-ġimgħat li ġejjin se nagħtu ħarsa minn wara l-kwinti lejn Demm il Parrucchier u niltaqgħu ma' membri tal-cast u crew.***Adulti: 8 euro, Tfal (sa 12-il sena): 4euro***Biljetti: https://bit.ly/2lyP4Os#settegiugno #manuelattard #teatrusalesjan

Posted by Atturi Żgħażagħ Slimiżi on Saturday, September 21, 2019

Ritratti u filmati: Atturi Żgħażagħ Slimiżi