
Read in English.
Speċjalisti navali fi Spanja llum splodew bomba antika li nstabet taħt l-ilma qrib waħda mill-iżjed bajjiet popolari f’Barċellona.
Il-bajja ngħalqet għall-pubbliku, hekk kif ġiet evakwata l-Ħadd waranofsinhar. Dan hekk kif Pulizija skopra l-bomba 25 metru biss mix-xatt.
Il-bomba, li qed tiġi kkunsidrat li tmur lura sal-1936 minħabba il-Gwerra Ċivili fi Spanja, kienet tikkontjeni 70kg ta’ TNT, li huwa materjal splussiv. Hi nħarġet ‘l barra fuq il-baħar, fejn splodewha.