Tinsiex illejla jibda l-ħin tas-sajf

Illejla wieħed ma’ jinsiex imexxi l-arloġġ siegħa ‘l quddiem għal ħin tas-sajf.  Dan il-lejl li ġej, is-sagħtejn ta’ filgħodu jsiru awtomatikament it-tlieta ta’ filgħodu.

Il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea jaqilbu fl-istess ħin. Il-ħin tas-sajf jintemm fis-27 ta’ Ottubru li ġej.