Tinsteraq l-informazzjoni ta’ eluf ta’ studenti universitarji fir-Renju Unit u l-Kanada

Insterqet l-informazzjoni tal-istudenti ta’ mill-inqas sitt universitajiet fir-Renju Unit u fil-Kanada wara li hackers attakkaw is-servers tal-kumpanija li jużaw biex iżommu l-informazzjoni tal-istudenti onlajn.

L-Universitajiet li s’issa huma konfermati li nserqitilhom l-informazzjoni tal-istudenti huma:

  • L-Università ta’ York
  • L-Università ta’ Leeds
  • L-Università ta’ Londra
  • L-Università ta’ Reading
  • Ambrose University f’Alberta, fil-Kanada

Mill-istess attack fuq Blackbaud nsterqet ukoll id-dejta kollha tal-għaqdiet Human Rights Watch,  Young Minds u Rhode Island School of Design fl-Istati Uniti.

Il-hackers attakkaw is-servers ta’ Blackbaud, li hi waħda mill-ikbar kumpanijii fid-dinja li tipprovdi software għal servizz tal-informazzjoni lil istituzzjonijiet edukattivi, amministrattivi u finanzjarji madwar id-dinja kollha.

Blackbaud, li hi bbażata fl-Istati Uniti, qalet li l-hackers serqu l-informazzjoni tal-istudenti li jattendu dawn l-universitajiet f’Mejju. Hija ġiet kritikata b’mod aħrax internazzjonalment talli stenniet sa Lulju biex żvelat dan.