Aġġornata bir-ritratti: Tinsab mejta l-Franċiża ta’ 17-il sena fix-Xwejni

Ftit tal-minuti ilu, instabet bla ħajja mill-Forzi Armati ta' Malta, it-tfajla Franċiża ta' 17-il sena li sabet ruħha f'diffikultà waqt li kienet qed tgħum fix-Xwejni nhar is-Sibt li għadda.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li t-tfajla nstabet fix-xtajta. 

Is-Sibt stess, l-AFM tellgħu mill-baħar katavru bil-ħelikopter ta' raġel ta' 53 sena li tilef ħajtu fl-istess traġedja, madanakollu minħabba l-baħar qawwi t-tfittxija għat-tfajla kienet waħda diffiċli.

Aktar dettalji kif jaslulna.

Ritratti: Ediana Attard