Tinsa xejn mix-xirja int u tisma’ d-diski

Il-kumpanija Samsung ikkonfermat li qed tiżviluppa smart speaker li jista’ jkun ikkontrollat bil-vuċi li se jservi ta' kompetizzjoni mal-ispikers simili tal-Amazon u Google.
S'issa spikers li huma kontrollati bil-vuċi ġeneralment jintużaw biex tindaqq il-mużika, biex wieħed jagħmel alarm biex iqum, biex iżid oġġett mal-lista tax-xiri u biex jikkontrolla apparat fid-dar li jkun imqabbad mal-internet.
DJ Koh, il-kap tad-dipartiment tal-mowbajls fi ħdan Samsung qal li l-kumpanija diġa bdiet taħdem fuq dan l-apparat. 
Żied jgħid li l-kumpanija diġa għandha l-assistent tal-vuċi bl-isem Bixby, li jopera fuq numru varjat ta’ apparat tal-kumpanija, u li bih tkun tista’ tibgħat messaġġi u tagħmel noti apposta biex ma tinsiex affarijiet importanti.
Wieħed mill-analisti tas-Samsung qal li l-kumpanija jeħtieġ li toħloq xi ħaġa differenti milli hemm diġa fis-suq jekk trid tikkompeti mal-avversarji tagħha.