Aġġornata: Tinqeleb vettura f’Wied il-Għajn

Malta Police Force

Inqelbet vettura fl-inħawi ta’ Wied il-Għajn, propju fi triq Sant’ Antnin. Fl-inċident weġġa’ żgħażugħ ta’ 19-il sena residenti Bormla.

Skont kelliema tal-Pulizija, fuq il-post kienet mitluba ambulanza. L-inċident kien ikkonfermat mill-Pulizija li seħħ għall-ħabta tas-2:30pm.

Il-kundizzjoni taż-żgħażugħ għadha mhix magħrufa.