Tinqaleb karozza fix-Xemxija

Karozza misjuqa minn mara ta’ 25 sena mill-Mellieħa ħolqot konġestjoni ta’ traffiku.
L-inċident seħħ fil-5.30pm fit-Telgħat tax-Xemxija.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-mara ma ġarrbet ebda ġrieħi għajr xokk.
Fuq il-post issejħu membri tal-protezzjoni ċivili.
It-triq reġgħet infetħet għat-traffiku.

Ritratt: FB: Waqfet tal-linja u MRTU