Filmat: Missier allegatament qatel lil ibnu waqt argument f’Ħal Għaxaq

Aġġornat 03:08 PM

LIVE: Missier allegatament joqtol lil ibnu f'Ħal Għaxaq: https://bit.ly/2DK9JYI

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, August 7, 2020

Raġel miet fuq il-post meta ntużat arma tan-nar waqt argument bejn familja f’Ħal Għaxaq.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara fil-11.15am ġo residenza fi Triq il-Gudja.

Il-pulizija kkonferma li l-argument seħħ bejn familja, u l-ambulanza telqet minn fuq il-post vojta billi l-persuna midruba tilfet ħajjitha fuq il-post.

Il-Pulizija qiegħda tinterroga lill-missier li għandu 68 sena. Il-vittma, Antoine Dalli, kellu 37 sena. It-tnejn joqogħdu Ħal Għaxaq.