Tinqata’ s-sentenza tal-qtil makabru ta’ ġurnalista Żvizzera

L-inventur Daniż Peter Madsen intbagħat għomru l-ħabs mingħajr iċ-ċans li jappella, għall-qtil makabru tal-ġurnalista Kim Wall fis-sottomarin li kien ħoloq.
Fil-Qorti Żvediża nstema’ kif Madsen kien diġà ppjana li joqtol lill-ġurnalista, li kien għad kellha biss 30 sena, jew billi jifgaha jew iħanxarha.
Fdalijiet mill-ġisem tal-mara kienu nstabu fil-baħar mill-Pulizija Daniża f’Awwissu li għadda, 11-il jum wara li l-ġurnalista kienet intervistat lill-inventur fis-sottomarin tiegħu. Ir-raġel kien stedinha biex terġa’ żżur is-sottomarin.
Min-naħa tiegħu, Madsen qal li se jappella minn kull akkuża.
Huwa nstab ħati bi qtil premeditat u vjolenza sesswali, wara li kien diġà ammetta li żloga ġisem il-vittma fis-sottomarin u rema l-biċċiet fil-baħar.
Huwa qal lill-Qorti li l-mewt tal-ġurnalista seħħet bħala inċident sfortunat, iżda l-Qorti mill-ewwel irrifjutat din l-iskuża.
L-Imħallef Anette Burkoe qalet li l-akkużat ma ressaq ebda prova ċara kontra dak li ġue akkużat bih, u anki wera interess fil-qtil u l-iżmembrar tal-ġisem.
Il-każ ixxokkja lid-Danimarka kollha, u mhux biss għall-ħruxija tal-qtil.
Għal ħafna Madsen kien biss inventur xi ftit eċċentriku li kien joħloq proġetti li jqajmu l-interess tal-pajjiż, u allura ħadd qatt m’għaddietlu minn moħħu li dal-bniedem seta’ kien qattiel vjolenti u barbaru.