Tinqata’ minn ġewwa xħin waqqfuha l-pulizija

Il-qatgħa li ħadet tfajla ta’ 23 sena meta twaqqfet f’road block tal-Pulizija, spiċċat f’nota ta’ ringrazzjament lill-Korp tal-Pulizija.
Omm it-tfajla qalet lill-Pulizija li bintha kienet ilha li għaddiet mit-test tas-sewqan xahar biss, u li kienet qed issuq waħedha lejn id-dar mix-xogħol.
Spjegat li kien għall-ħabta tas-12.45am f’Lejlet il-Milied meta fi triqitha bejn Wied il-Għajn u Ħal Balzan twaqqfet mill-Pulizija.
“Dak il-ħin it-tifla twerwret, imma ż-żewġ pulizija li waqqfuha qalulha biex tkompli ssuq bil-galbu u awgurawlha l-Milied it-Tajjeb,” żiedet tgħid.
Dan il-kumment tal-omm sar fid-dawl tal-attakki riċenti fuq membri tal-Korp tal-Pulizija.