​Tinqata’ l-lista ta’ każi approvati għall-Home Help

Inqatgħet il-lista ta’ stennija tal-każijiet approvati mill-bord, għas-servizz tal-Home Help għall-anzjani.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qalet li fadal biss dawk il-każijiet li għadhom pendenti quddiem il-Bord.
Spjegat kif madwar 3,700 qed jagħmlu użu minn dan is-servizz mogħti mill-Gvern.
Semmiet kif b’dan is-servizz, il-Gvern qed jgħin lil aktar anzjani jkomplu jgħixu fil-komunità.
Ritratt: MFSS