Aġġornata: Tinqaleb karozza fil-Wardija; mara l-isptar

jaqa travu gravi

Mara ttieħdet l-isptar wara li nqalbet bil-karozza fil-Wardija.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li nqalbet karozza fil-Wardija għall-ħabta tad-9.20am fi Triq Wied Annotta. Il-mara ta’ 55 sena mill-Gżira għal xi raġuni tilfet kontroll tal-vettura u nqalbet fix-xifer.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.