Tinqaleb karozza u s-sewwieq joħroġ minnha waħdu

Żewġ sewwieqa jistgħu jistgħu jgħidu li laqtithom ix-xorti wara inċident li seħħ if Triq il-Ħamrija fix-Xewkija, Għawdex.

Minn informazzjoni li għandna jidher li kien għal ħabta tat-8:00am meta karozza ħarġet minn sidestreet u baqgħat dieħla f’karozza oħra, bil-konsegwenza li t-tiena waħda tkaxkret diversi metri u nqalbet fuq is-saqaf.

B’xorti tajba s-sewwieq tal-karozza maqluba ħareġ hu stess mill-vettura.